Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Appeal Commissioners (l-Irlanda) fis-6 ta’ Lulju 2015 – National Roads Authority vs The Revenue Commissioners

(Kawża C-344/15)

(2015/C 311/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Appeal Commissioners

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: National Roads Authority

Konvenuti: The Revenue Commissioners

Domandi preliminari

1)

Jekk korp irregolat mid-dritt pubbliku jeżerċita attività bħal dik li jiġi pprovdut l-aċċess għal triq bi ħlas ta’ pedaġġ u jekk fl-Istat Membru jeżistu strutturi privati li jiġbru pedaġġi fuq toroq oħra skont ftehim mal-korp pubbliku kkonċernat skont dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13[(1)] tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-korp pubbliku kkonċernat għandu jiġi kkunsidrat bħala li qed jikkompeti mal-operaturi privati kkonċernati, b’tali mod li t-trattament tal-korp pubbliku bħala persuna mhux taxxabbli għandu jiġi kkunsidrat bħala li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni ta’ ċertu kobor, minkejja l-fatt li (a) ma teżistix kompetizzjoni reali bejn il-korp pubbliku u l-operaturi privati kkonċernati u din ma tistax teżisti u (b) ma huwiex ippruvat li operatur privat għandu l-possibbiltà reali li jidħol fis-suq bil-għan li jibni u jopera triq b’pedaġġ li tikkompeti mat-triq b’pedaġġ operata mill-korp pubbliku?

2)

Jekk ma teżistix preżunzjoni, liema kriterju għandu jiġi adottat sabiex jiġi ddeterminat jekk teżisti distorsjoni ta’ kompetizzjoni ta’ ċertu kobor skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13[(1)] tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).