Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Trybunał Konstytucyjny (il-Polonja) fl-20 ta’ Lulju 2015 – Rzecznik Praw Obywatelskich (RPO)

(Kawża C-390/15)

(2015/C 346/06)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Trybunał Konstytucyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rzecznik Praw Obywatelskich (RPO) (Bürgerbeauftragter)

Konvenuti: Marszałek Sejmu Rzeczypospolitej Polskiej, Prokurator Generalny

Domandi preliminari

1)

Il-punt 6 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), fil-verżjoni emendata permezz tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/47/KE, tal-5 ta’ Mejju 2009, li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar rati mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud (2), huwa invalidu għar-raġuni li l-proċedura leġiżlattiva kienet ivvizzjata bi ksur tal-forom proċedurali essenzjali minħabba li l-Parlament Ewropew ma ġiex ikkonsultat?

2)

L-Artikolu 98(2) tal-imsemmija Direttiva 2006/112, moqri flimkien mal-punt 6 tal-Anness III ta’ din l-istess direttiva, huwa invalidu għar-raġuni li jippreġudika l-prinċipju ta’ newtralità fiskali minħabba li jeskludi l-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa tat-taxxa għall-kotba elettroniċi u għall-pubblikazzjonijiet elettroniċi l-oħra?


(1)  ĠU L 347, p. 1.

(2)  ĠU L 116, p. 18.