Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-18 ta’ Awwissu 2015 – Signum Alfa Sped Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal KiemeIt Adó- és Vám Főigazgatóság

(Kawża C-446/15)

(2015/C 381/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Signum Alfa Sped Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal KiemeIt Adó- és Vám Főigazgatóság

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 (1) dwar it-tnaqqis tal-VAT, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-amministrazzjoni fiskali tista’, b’mod ġenerali, teżiġi li l-persuna taxxabbli li tixtieq teżerċita d-dritt tagħha għal tnaqqis tal-VAT, sabiex l-imsemmija amministrazzjoni ma tikklassifikax it-tranżazzjoni bħala tranżazzjoni fittizja, tivverifika jekk l-emittent tal-fattura għal servizzi li fir-rigward tagħhom tixtieq teżerċita dan id-dritt jissodisfax, meta jiġu pprovduti s-servizzi u meta ssir il-verifika, il-kundizzjonijiet personali u materjali meħtieġa sabiex jiġu pprovduti s-servizzi inkwistjoni u jekk jissodisfax l-obbligi tiegħu fil-qasam ta’ denunzja u ta’ ħlas tal-VAT, jew li l-istess persuna taxxabbli jkollha, minbarra l-fattura relatata mat-tranżazzjoni, dokumenti mingħajr difetti proċedurali, u jista’ barra minn hekk ikun mistenni li l-attività ekonomika tal-emittent tal-fattura tkun ġiet eżerċitata mingħajr irregolaritajiet mhux biss fil-mument tat-tranżazzjoni li tagħti lok għad-dritt għal tnaqqis tal-VAT iżda wkoll fil-mument tal-kontroll?

2)

Li kieku l-amministrazzjoni fiskali, li tibbaża ruħha fuq iċ-ċirkustanzi msemmija fid-domanda preċedenti, ikollha tikkonstata li t-tranżazzjoni fil-fatt seħħet iżda li l-fattura ma għandhiex tingħata krettu għaliex it-tranżazzjoni inkwistjoni ma seħħitx bejn il-partijiet imsemmija fuq l-imsemmija fattura, l-amministrazzjoni fiskali għandha, fid-dawl tal-fatt li l-obbligu fil-qasam ta’ prova huwa fil-prinċipju l-oneru tagħha, taċċerta, f’dan il-każ, liema huma l-partijiet li bejniethom seħħet it-tranżazzjoni u min ħareġ il-fattura, jew inkella l-amministrazzjoni fiskali tista’, mingħajr ebda prova ta’ dan il-fatt li jeskludi kull dubju, u mingħajr ebda informazzjoni jew fattur fir-rigward tal-isem jew ir-rwol ta’ terz, tiċħad dan id-dritt lil persuna taxxabbli li tixtieq tibbenefika mit-tnaqqis tal-VAT abbażi biss ta’ sempliċi affermazzjoni f’dan ir-rigward?

3)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 dwar it-tnaqqis tal-VAT, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li minkejja li l-amministrazzjoni fiskali ma tikkontestax il-fatt li t-tranżazzjoni msemmija fil-fattura fil-fatt seħħet u li l-fattura tissodisfa proċeduralment ir-rekwiżiti legali, l-imsemmija amministrazzjoni fiskali tista’ topponi l-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT, mingħajr ma jkollha tivverifika jekk ittiħdux il-prekawzjonijiet meħtieġa, billi tibbaża r-rifjut tat-tnaqqis fuq responsabbiltà oġġettiva, filwaqt li tinvoka l-fatt li, peress li t-tranżazzjoni ma seħħitx bejn il-partijiet imsemmija fil-fattura, l-amministrazzjoni ma għandhiex, per definitionem, tivverifika jekk ittiħdux l-imsemmija prekawzjonijiet meħtieġa peress li ma jistax jingħata krettu lill-kontenut tal-fattura, jew inkella l-amministrazzjoni fiskali, meta tostakola l-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT, hija għandha wkoll f’dawn iċ-ċirkustanzi tipprova li l-persuna taxxabbli li tixtieq teżerċita d-dritt tagħha għal tnaqqis kienet taf bl-aġir irregolari, u skont il-każ, intiż li jevadi t-taxxa, tal-impriża li magħha l-persuna taxxabbli inkwistjoni kienet f’relazzjoni kuntrattwali jew li l-imsemmija persuna taxxabbli hija stess ipparteċipat f’dan l-aġir?

4)

Jekk tingħata risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 dwar it-tnaqqis tal-VAT u mal-prinċipji tan-newtralità fiskali, ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità, kif żviluppati fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, interpretazzjoni tar-regoli ta’ dritt li hemm lok li jiġi eżaminat jekk id-destinatarju tal-fattura ħax il-prekawzjonijiet meħtieġa biss jekk jista’ jintwera li t-tranżazzjoni saret bejn il-partijiet, u dan bil-mod kif iddefinit mill-kontenut tal-fattura, u li jeżistu biss irregolaritajiet oħrajn, pereżempju irregolaritajiet proċedurali, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-fatt li l-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali tinkludi dispożizzjonijiet dwar fatturi proċeduralment irregolari jew maħruġa fin-nuqqas ta’ tranżazzjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).