Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

18.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden -Württemberg (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Settembru 2015 – Peter Radgen, Lilian Radgen vs Finanzamt Ettlingen

(Kawża C-478/15)

(2016/C 016/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden – Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peter Radgen, Lilian Radgen

Konvenuta: Finanzamt Ettlingen

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (ĠU 2002 L 114, p. 66), partikolarment il-preambolu tiegħu, l-Artikoli 1, 2, 4, 11, 16 u 21 tiegħu kif ukoll l-Artikoli 7, 9 u 15 tal-Anness I tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu regola ta’ Stat Membru li tirrifjuta lil ċittadin suġġett għat-taxxa b’mod illimitat f’dan l-Istat il-benefiċċju ta’ tnaqqis għal attività ta’ tagħlim b’mod anċillari, minħabba li din ma hijiex eżerċitata għas-servizz jew għan-nom ta’ persuna ġuridika tad-dritt pubbliku stabbilta fi Stat Membru tal-Unjoni jew fi Stat li fih japplika l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, iżda għas-servizz jew għan-nom ta’ persuna ġuridika tad-dritt pubbliku fit-territorju tal-Konfederazzjoni Svizzera?