Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

18.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Leiria (il-Portugall) fit-28 ta’ Ottubru 2015 – Bernard Jean Marie Gabarel vs Fazenda Pública

(Kawża C-555/15)

(2016/C 016/25)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Administrativo e Fiscal de Leiria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bernard Jean Marie Gabarel

Konvenuta: Fazenda Pública

Domandi preliminari

1)

Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), it-terapiji mhux konvenzjonali, b’mod speċifiku l-osteopatija, għandha tiġi kkwalifikata bħala attività paramedika jew le?

2)

Jekk persuna taxxabbli, bi qbil mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, tkun ikkwalifikata sabiex teżerċita attività paramedika – il-fiżjoterapija, iżda fil-kuntest tal-attività professjonali tagħha fil-qasam tas-saħħa tirrikorri sew għal terapiji speċifiċi ta’ fiżjoterapija sew għal dawk ta’ osteopatija, mingħajr distinzjoni u b’mod kumplementari, hija għandha tiġi kkwalifikata, skont l-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, u konsegwentement skont l-Artikolu 9 tal-Kodiċi tal-VAT, bħala professjonist li qed jeżerċita attività paramedika b’mod komplessiv, u b’dan il-mod tkun eżenti mill-VAT?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).