Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

1.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Liège (Il-Belġju) fid-9 ta’ Diċembru 2015 – État belge vs Oxycure Belgium SA

(Kawża C-573/15)

(2016/C 038/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: État belge

Konvenuta: Oxycure Belgium SA

Domanda preliminari

L-Artikolu 98(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), moqri flimkien mal-punti 3 u 4 tal-Anness III tad-Direttiva tal-VAT, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-prinċipju ta’ newtralità, jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi rata mnaqqsa tal-VAT applikabbli għat-trattament b’ossiġenu permezz ta’ ċilindri ta’ ossiġenu filwaqt li t-trattament b’ossiġenu permezz ta’ konċentratur tal-ossiġenu huwa suġġett għar-rata normali tal-VAT?


(1)  ĠU L 347, p. 1.