Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fid-9 ta’ Novembru 2015 – ЕТ “Маya Маrinova” vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-576/15)

(2016/C 027/17)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Veliko Tarnovo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ЕТ “Маya Маrinova”

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Domandi preliminari

1)

L-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 273, tal-Artikolu 2(1)(a), tal-Artikolu 9(1) u tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), konformement mal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità, twassal għall-konklużjoni li l-Istat Membru kkonċernat għandu l-possibbiltà li jittratta l-assenza fil-fatt ta’ merkanzija pprovduta lil persuna taxxabbli fil-kuntest ta’ kunsinni taxxabbli bħala kunsinni ulterjuri, bi ħlas u taxxabbli ta’ din l-istess merkanzija mwettqa minn din l-istess persuna mingħajr ma jkun iddeterminat id-destinatarju tagħha, f’sitwazzjoni fejn dan it-trattament għandu fil-mira tiegħu l-frodi fir-rigward tal-ħlas tal-VAT?

2)

L-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet indikati fil-punt preċedenti, fid-dawl tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità, twassal għall-konklużjoni li l-Istat Membru kkonċernat għandu l-possibbiltà li jittratta l-assenza ta’ reġistrazzjoni fil-kontabbiltà tad-dokumenti fiskali li jikkorrispondu għal kunsinni taxxabbli rċevuti minn persuna taxxabbli bil-mod indikat iktar ’il fuq sabiex isegwi tali għan?

3)

L-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 273, tal-Artikolu 73 u tal-Artikolu 80 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, fid-dawl tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità, twassal għall-konklużjoni li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jiddeterminaw, skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tagħhom li ma jittrasponux id-dritt tal-Unjoni, il-bażi ta’ tassazzjoni tal-kunsinni ta’ merkanzija mwettqa minn persuna taxxabbli, f’kuntest li jmur lil hinn mir-regola ġenerali prevista fl-Artikolu 73 u mir-regoli derogatorji previsti espliċitament fl-Artikolu 80, f’sitwazzjoni fejn, b’dan il-mod, dak li jkun fil-mira huwa, minn naħa, il-frodi fir-rigward tal-ħlas tal-VAT u, min-naħa l-oħra, id-determinazzjoni ta’ bażi ta’ tassazzjoni approssimattiva affidabbli għat-tranżazzjonijiet ikkonċernati?


(1)  ĠU L 347, p. 1.