Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-17 ta’ Novembru 2015 – Minister Finansów vs Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A. w Warszawie

(Kawża C-605/15)

(2016/C 090/06)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister Finansów

Konvenuta: Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A. w Warszawie

Domandi preliminari

1)

Dispożizzjoni nazzjonali li tirrigwarda l-eżenzjoni mill-VAT ta’ gruppi ta’ persuni indipendenti li ma tipprevedi ebda kundizzjoni jew proċedura dwar l-osservanza tal-kundizzjoni tal-assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni hija konformi mal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2006/112”), moqri flimkien mal-Artikolu 131 tad-Direttiva 2006/112, kif ukoll mal-prinċipju ta’ effettività, mal-prinċipju ta’ ċertezza legali u mal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi?

2)

Liema huma l-kriterji għall-evalwazzjoni tal-osservanza tal-kundizzjoni tal-assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 li għandhom jiġu applikati?

3)

Il-fatt li s-servizzi huma pprovduti minn gruppi ta’ persuni indipendenti lil membri li huma suġġetti għad-dritt ta’ diversi Stati Membri għandu effett fuq ir-risposta għad-domanda 2?