1.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/38 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales)(ir-Renju Unit) fl-24 ta’ Novembru 2015 – The Trustees of the BT Pension Scheme vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
(Kawża C-628/15)
(2016/C 038/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Trustees of the BT Pension Scheme
Konvenuta: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Domandi preliminari
1) |
Fid-dawl tal-fatt li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għar-raba’ domanda fis-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2006 fil-kawża Test Claimants in the FII Group Litigation vs Commissioners of Inland Revenue [C-446/04, EU:C:2006:774] kienet li l-Artikoli 43 u 56 KE – li issa saru l-Artikoli 49 u 63 TFUE – jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tagħti lil kumpanniji residenti li jqassmu lill-azzjonisti tagħhom dividendi li joriġinaw minn dividendi ta’ oriġini barranija li huma jkunu rċevew il-possibbiltà li jagħżlu sistema li tippermettilhom jirkupraw it-taxxa fuq il-kumpanniji mħallsa bil-quddiem, iżda, minn naħa, tobbliga lil dawn il-kumpanniji jħallsu l-imsemmija taxxa bil-quddiem u jitolbu r-rimbors sussegwentement u, min-naħa l-oħra, ma tipprovdix kreditu ta’ taxxa għall-azzjonisti tagħhom, filwaqt li kienu jirċievu tali kreditu li kieku twettaq tqassim minn kumpannija residenti abbażi ta’ dividendi ta’ oriġini nazzjonali, id-dritt tal-Unjoni jagħti drittijiet lil dawn l-azzjonisti, kemm jekk taħt l-Artikolu 63 TFUE kif ukoll b’titolu ieħor, meta dawn ikunu l-benefiċċjarji tad-dividendi li l-kumpannija għażlet li tqassam billi tagħżel din is-sistema, b’mod partikolari meta l-azzjonist jirrisjedi fl-istess Stat Membru bħall-kumpannija li tqassam id-dividendi? |
2) |
Jekk l-azzjonist imsemmi fid-domanda 1 ma jkunx jista’ jinvoka huwa stess drittijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 63 TFUE, huwa jkun jista’ jinvoka ksur tad-drittijiet li l-Artikoli 49 u 63 TFUE jagħtu lill-kumpannija li tqassam id-dividendi? |
3) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel jew għat-tieni domanda tkun li d-dritt tal-Unjoni jagħti drittijiet lill-azzjonist jew li dan jista’ jiġi invokat minn dan tal-aħħar, id-dritt tal-Unjoni jimponi kundizzjonijiet fir-rigward tar-rimedji ġudizzjarji li l-azzjonist għandu jkollu taħt id-dritt nazzjonali? |
4) |
Iċ-ċirkustanzi sussegwenti jaffettwaw ir-risposti tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi precedenti:
|