Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fit-30 ta’ Novembru 2015 – London Borough of Ealing vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-633/15)

(2016/C 059/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: London Borough of Ealing

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Domandi preliminari

1)

Ir-Renju Unit huwa awtorizzat, skont l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2006/112 (1), jimponi fuq korpi rregolati mid-dritt pubbliku l-kundizzjoni prevista fil-punt (d) ta’ dan l-Artikolu i) f’ċirkustanzi meta t-tranżazzjonijiet inkwistjoni kienu taxxabbli fir-Renju Unit fl-1 ta’ Jannar 1989, iżda meta servizzi sportivi oħrajn kienu eżentati f’dik l-istess data u ii) f’ċirkustanzi meta t-tranżazzjonijiet inkwistjoni ma kinux eżentati skont id-dritt nazzjonali qabel ma r-Renju Unit applika l-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 133(d)?

2)

F’każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda 1), ir-Renju Unit huwa awtorizzat jimponi fuq korpi li ma għandhomx skop ta’ lukru rregolati mid-dritt pubbliku l-kundizzjoni prevista fil-punt d) tal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2006/112, mingħajr ma japplika wkoll din il-kundizzjoni għal korpi li ma għandhomx skop ta’ lukru li ma humiex irregolati mid-dritt pubbliku?

3)

F’każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda 2), ir-Renju Unit huwa awtorizzat jeskludi mill-benefiċċju tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(m) il-korpi pubbliċi kollha li ma għandhomx skop ta’ lukru mingħajr ma jkun ivverifika fuq bażi ta’ każ b’każ jekk l-għoti ta’ din l-eżenzjoni tistax toħloq distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-impriżi kummerċjali suġġetti għall-VAT?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).