Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fl-1 ta’ Marzu 2016 – Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia vs “Iberdrola Inmobiliaria Real Estate Investments” EOOD

(Kawża C-132/16)

(2016/C 175/13)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

Konvenuta:“Iberdrola Inmobiliariya Real Estate Investments” EOOD

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 26(1)(b), l-Artikolu 168(a) u l-Artikolu 176 [tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)] jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħall-punt 2 tal-Artikolu 70(1) taz-Zakon za danak varhu dobavenata stoynost (Liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud), li tillimita d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi ta’ kostruzzjoni jew ta’ xogħlijiet ta’ titjib ta’ proprjetà immobbli li hija proprjetà ta’ terz, li jintużaw kemm mid-destinatarju tal-provvista u kemm mit-terz, għas-sempliċi raġuni li t-terz jikseb mingħajr ħlas l-eżitu ta’ dawn is-servizzi, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li s-servizzi ser jintużaw fil-kuntest tal-attività ekonomika tad-destinatarju, li huwa persuna taxxabbli?

2)

L-Artikolu 26(1)(b), l-Artikolu 168(a) u l-Artikolu 176 [tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud] jipprekludu prassi fiskali li tikkonsisti fir-rifjut li jiġi rrikonoxxut id-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi f’sitwazzjoni fejn l-ispejjeż li jikkorrispondu ma’ dawn is-servizzi jiġu kkontabbilizzati fl-ispejjeż ġenerali tal-persuna taxxabbli għar-raġuni li dawn l-ispejjeż kienu sostnuti għall-kostruzzjoni jew għal xogħlijiet ta’ titjib ta’ proprjetà immobbli li hija proprjetà ta’ terz, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li din il-proprjetà immobbli ser tintuża wkoll mid-destinatarju tal-provvista tas-servizzi ta’ kostruzzjoni fil-kuntest tal-attività ekonomika tiegħu?


(1)  ĠU L 347, p. 1.