Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Il-Latvja) fil-15 ta’ Marzu 2016 – “Latvijas dzelzceļš” VAS vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-154/16)

(2016/C 191/18)

Lingwa tal-kawża: il-Latvijan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VAS “Latvijas dzelzceļš”

Konvenuti: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 203(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika f’kull każ fejn il-volum totali tal-merkanzija ma jkunx ġie ippreżentat lill-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni tal-proċedura ta’ tranżitu estern, inkluż meta d-distruzzjoni totali jew it-telf irrimedjabbli tal-merkanzija jiġu pprovati b’mod soddisfaċenti?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, il-prova soddisfaċenti tad-distruzzjoni totali tal-merkanzija u, għaldaqstant, tal-fatt li huwa eskluż li l-merkanzija tidħol fis-sistema ekonomika tal-Istat Membru, tista’ tagħti lok għall-applikazzjoni tal-Artikoli 204(1)(a) u 206 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, mingħajr ma l-volum ta’ merkanzija mitlufa taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern ma jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tad-dejn doganali?

3)

Jekk l-Artikoli 203(1), 204(1)(a) u 206 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġu interpretati fis-sens li dazju fuq l-importazzjoni għandu jiġi kkalkolat fuq il-volum ta’ merkanzija meqruda matul il-proċedura ta’ tranżitu estern, l-Artikoli 2(1)(d), 70 u 71 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li, flimkien mad-dazji fuq l-importazzjoni, hija wkoll dovuta t-taxxa fuq il-valur miżjud, anki jekk jiġi eskluż il-fatt li l-merkanzija tidħol effettivament fis-sistema ekonomika tal-Istat Membru?

4)

L-Artikolu 96 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipal jibqa’ suġġett għall-ħlas tad-dejn doganali li jirriżulta mill-proċedura ta’ tranżitu estern, sew jekk it-trasportatur ikunx osserva l-obbligi msemmija fl-Artikolu 96(2) tal-imsemmi regolament, sew jekk le?

5)

L-Artikoli 94(1), 96(1) u 213 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-uffiċċju doganali ta’ Stat Membru għandu l-obbligu li jżomm responsabbli in solidum lill-persuni kollha li, flimkien mal-prinċipal, għandhom, fil-każ inkwistjoni, jitqiesu bħala persuni responsabbli għall-ħlas tad-dejn doganali konformement mad-dispożizzjonijiet tal-kodiċi doganali?

6)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, u jekk il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru torbot bħala prinċipju l-obbligu ta’ ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud relatata mal-importazzjoni ta’ oġġett mal-proċedura ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija, l-Artikoli 201, 202 u 205 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istat Membru għandu l-obbligu li jżomm responsabbli in solidum lill-persuni kollha li għandhom, f’każ speċifiku, jitqiesu bħala persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud konformement mad-dispożizzjonijiet tar- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità?

7)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ħames u/jew għas-sitt domanda, l-Artikoli 96(1) u 213 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif ukoll l-Artikoli 201, 202 u 205 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, jekk l-uffiċċju doganali kien iġġustifikat li, għall-finijiet tal-ħlas tad-dejn doganali, iżomm responsabbli in solidum lil waħda mill-persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa flimkien mal-prinċipal, dan jista’ fih innifsu jiġġustifika li dan tal-aħħar jiġi eżentat mill-obbligu li jħallas id-dejn doganali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307

(2)  ĠU L 347, p. 1