Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

18.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Siracusa (l-Italja) fit-28 ta’ April 2016 – Enzo di Maura vs Agenzia delle Entrate - Direzione Provinciale di Siracusa

(Kawża C-246/16)

(2016/C 260/33)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Siracusa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Enzo di Maura

Konvenuta: Agenzia delle Entrate - Direzione Provinciale di Siracusa.

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-Artikolu 11(Ċ)(1) u tat-tieni sentenza tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE (1) dwar it-tnaqqis tal-bażi taxxabbli u l-aġġustament tal-VAT dovuta fuq it-tranżazzjonijiet taxxabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-korrispettiv stabbilit bejn il-partijiet kontraenti, huwa konformi mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ effettività, iggarantiti mit-TFUE, u mal-prinċipji ta’ newtralità li jirregolaw l-applikazzjoni tal-VAT, li jiġu imposti limiti li jrendu impossibbli jew eċċessivament diffiċli – b’mod partikolari f’termini ta’ ħin, fid-dawl tat-tul imprevedibbli ta’ proċedura kollettiva – għall-persuna taxxabbli, l-irkupru tat-taxxa relatata mal-korrispettiv li jkun għadu parzjalment jew totalment mhux imħallas?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, dispożizzjoni bħall-Artikolu 26(2) tad-Digiret tal-President tar-Repubblika Nru 633/1972, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel l-emendi introdotti mill-Artikolu 1(126) u (127) tal-Liġi Nru 208 tat-28 ta’ Diċembru 2015, li jissuġġetta d-dritt ta’ rkupru tat-taxxa għall-kundizzjoni li tingħata prova tal-użu minn qabel u mingħajr suċċess ta’ proċeduri kollettivi, jiġifieri, skont il-ġurisprudenza u l-prassi tal-awtorità tat-taxxa tal-Istat Membru tal-Unjoni, li l-irkupru għandu neċessarjament iseħħ wara t-tqassim finali mingħajr suċċess tal-attiv jew, fin-nuqqas, wara l-adozzjoni tal-att definittiv ta’ għeluq tal-istralċ, hija kompatibbli mal-prinċipji mfakkra iktar ’il fuq, anki meta tali azzjonijiet jkunu raġonevolment antiekonomiċi fid-dawl tal-ammont tal-kreditu allegat, tal-prospetti għall-irkupru tiegħu u tal-ispejjeż tal-proċeduri kollettivi, u peress li, fi kwalunkwe każ, il-kundizzjonijiet iċċitati jistgħu jseħħu biss wara diversi snin mid-data ta’ ftuħ tal-istralċ?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).