18.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (ir-Renju Unit) fit-12 ta’ Mejju 2016 – Shields & Sons Partnership vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
(Kawża C-262/16)
(2016/C 260/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Shields & Sons Partnership
Konvenut: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Domandi preliminari
1) |
Fir-rigward tal-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa li hija stabbilita mill-Kapitolu 2 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill (KE) 2006/112/KE (1), l-Artikolu 296(2) għandu jiġi interpretat bħala li jipprovdi sistema eżawrjenti għal meta Stat Membru jkun jista’ jeskludi bidwi mill-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa? B’mod partikolari:
|
2) |
Kif għandu jiġi interpretat it-terminu “kategoriji ta’ bdiewa” fl-Artikolu 296(2) tad-Direttiva tal-Kunsill (KE) 2006/112/KE? B’mod partikolari:
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).