Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

18.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (ir-Renju Unit) fit-12 ta’ Mejju 2016 – Shields & Sons Partnership vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-262/16)

(2016/C 260/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Shields & Sons Partnership

Konvenut: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Domandi preliminari

1)

Fir-rigward tal-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa li hija stabbilita mill-Kapitolu 2 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill (KE) 2006/112/KE (1), l-Artikolu 296(2) għandu jiġi interpretat bħala li jipprovdi sistema eżawrjenti għal meta Stat Membru jkun jista’ jeskludi bidwi mill-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa? B’mod partikolari:

1.1

Stat Membru jkun jista’ jeskludi bdiewa mill-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa unikament abbażi tal-Artikolu 296(2)?

1.2

Stat Membru jkun jista’ wkoll jeskludi bidwi mill-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa billi juża l-Artikolu 299?

1.3

Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jagħti lil Stat Membru d-dritt li jeskludi bidwi mill-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa?

1.4

Stati Membri għandhom dritt li jeskludu bdiewa mill-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa abbażi ta’ motivi oħrajn?

2)

Kif għandu jiġi interpretat it-terminu “kategoriji ta’ bdiewa” fl-Artikolu 296(2) tad-Direttiva tal-Kunsill (KE) 2006/112/KE? B’mod partikolari:

2.1

Kategorija rilevanti ta’ bdiewa għandha tkun tista’ tiġi identifikata b’riferiment għal karatteristiċi oġġettivi?

2.2

Kategorija rilevanti ta’ bdiewa tista’ tiġi identifikata b’riferiment għal kunsiderazzjonijiet ekonomiċi?

2.3

Liema livell ta’ preċiżjoni huwa meħtieġ meta tiġi identifikata kategorija ta’ bdiewa li Stat Membru kellu l-intenzjoni li jeskludi?

2.4

Dan jagħti dritt lil Stat Membru li jitratta bħala kategorija rilevanti “bdiewa li jiġi stabbilit li jkunu qed jirkupraw sostanzjalment iktar bħala membri tal-iskema b’rata fissa milli kieku kienu rreġistrati għall-VAT”?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).