18.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/35 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-23 ta’ Mejju 2016 – IK “L.Č.”
(Kawża C-288/16)
(2016/C 260/42)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: IK “L.Č.”
Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests
Domandi preliminari
1. |
L-Artikolu 146(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni minnu prevista hija applikabbli biss jekk ikun hemm rabta legali diretta, jiġifieri relazzjonijiet ta’ negozju reċiproċi, bejn il-fornitur tas-servizz, minn naħa, u d-destinatarju jew il-kunsinnatur tal-merkanzija, min-naħa l-oħra? |
2. |
Liema kriterji għandha tissodisfa r-rabta diretta, fis-sens tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq, sabiex servizz relatat mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija jitqies eżenti? |
(1) ĠU L 347, p. 1.