Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-30 ta’ Mejju 2016 – Stanisław Pieńkowski vs Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie

(Kawża C-307/16)

(2016/C 335/42)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stanisław Pieńkowski

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie (Direttur tal-Kamra tal-Finanzi ta’ Lublin)

Domanda preliminari

L-Artikolu 146(1)(b), l-Artikolu 147 kif ukoll l-Artikolu 131 u l-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali li jeskludu l-applikazzjoni tal-eżenzjoni fil-każ ta’ persuna taxxabbli li ma tissodisfax il-kundizzjoni li teżiġi li din tkun laħqet limitu minimu ta’ dħul mill-bejgħ matul is-sena fiskali preċedenti, u li lanqas ma tkun ikkonkludiet kuntratt ma’ operatur intitolat biex iwettaq ir-rimborsi tal-VAT lill-vjaġġaturi?


(1)  ĠU L 347, p. 1