Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/38


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fl-24 ta’ Ġunju 2016 – Ömer Altun et, Absa NV et vs Openbaar Ministerie

(Kawża C-359/16)

(2016/C 335/52)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ömer Altun, Abubekir Altun, Sedrettin Maksutogullari, Yunus Altun, Absa NV, M. Sedat BVBA, Alnur BVBA

Konvenuta: Openbaar Ministerie

Domanda preliminari

Qorti minbarra dik tal-Istat Membru li jakkredita jew li jibgħat tista’ tannulla jew ma tiħux inkunsiderazzjoni Ċertifikat E 101 maħruġ skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 (1), tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu applikabbli qabel ma tħassar bl-Artikolu 96(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, jekk il-fatti ppreżentati għall-evalwazzjoni tagħha jippermettu li jiġi kkonstatat li l-imsemmi ċertifikat inkiseb jew ġie invokat b’mod frawdolenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83

(2)  Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 284, p. 1)