19.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343/35 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fit-12 ta’ Lulju 2016 – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs Nidera B.V. u Vilniaus apskrities valstybinė mokesčių inspekcija
(Kawża C-387/16)
(2016/C 343/48)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
Konvenuti: Nidera B.V. u Vilniaus apskrities valstybinė mokesčių inspekcija
Domanda preliminari
L-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li jitnaqqsu l-interessi, li normalment huma dovuti b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fuq ħlas żejjed (eċċess ta’ VAT) li ma ġiex irrimborsat (paċut) fit-termini, liema tnaqqis ikun immotivat minn ċirkustanzi li ma jirriżultawx mill-aġir tal-persuna taxxabbli nfisha, bħalma huma, ir-relazzjoni bejn l-interessi u l-ammont tal-ħlas żejjed li ma ġiex irrimborsat fit-termini, il-perijodu li matulu l-ħlas żejjed ma ġiex irrimborsat u r-raġunijiet għal dan id-dewmien, kif ukoll it-telf effettivament imġarrab mill-persuna taxxabbli?
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1.