Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

26.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 350/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fit-13 ta’ Lulju 2016 – Marcu Dumitru vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice

(Kawża C-392/16)

(2016/C 350/21)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marcu Dumitru

Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF) u Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice.

Domanda preliminari

F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, id-Direttiva 77/388/KEE (1) u d-Direttiva 2006/112/KE (2) jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew prassi fiskali skont liema, il-mekkaniżmu ta’ awtolikwidazzjoni (miżuri ta’ simplifikazzjoni), li dak iż-żmien kien obbligatorju għal tranżazzjonijiet relatati ma’ art bejn persuni suġġetti għall-VAT, ma huwiex applikabbli għal persuna li tkun ġiet issuġġettata għal investigazzjoni fiskali u li ġiet irreġistrata, awtomatikament, għall-finijiet ta’ VAT wara din l-investigazzjoni, għar-raġuni li dik il-persuna ma applikatx u ma kisbitx ir-reġistrazzjoni qabel ma twettqu dawn it-tranżazzjonijiet jew qabel ma inqabeż il-limitu massimu.


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol.1, p. 23).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).