Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

3.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fid-19 ta’ Lulju 2016 – Lombard Ingatlan Lizing Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

(Kawża C-404/16)

(2016/C 364/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lombard Ingatlan Lizing Zrt.

Konvenuti: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “kanċellazzjoni” użat fl-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem id-“Direttiva tal-VAT”), għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-każ fejn, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ leasing tat-tip close-end il-persuna li tagħti b’kera (iktar ’il quddiem “sid il-kera”) f’kuntratt ta’ leasing (iktar ’il quddiem, il-“kerrej”) ma jistax iktar jitlob il-ħlas tal-kera mingħand il-kerrej minħabba l-fatt li xolja l-kuntratt ta’ leasing minħabba nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt mill-kerrej?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, il-kerrej għandu d-dritt li jnaqqas il-bażi taxxabbli skont l-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-VAT anki fil-każ fejn il-leġiżlatur nazzjonali, li jkun qed jagħmel użu mill-possibbiltà offerta mill-Artikolu 90(2) tad-Direttiva, ma jippermettix it-tnaqqis tal-valur taxxabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali?