Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Awwissu 2016 – Stadion Amsterdam CV, il-parti l-oħra: Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-463/16)

(2016/C 410/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stadion Amsterdam CV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domanda preliminari

L-Artikolu 12(3)(a) tas-Sitt Direttiva (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li meta provvista ta’ servizzi li, għall-finijiet tal-ġbir tal-VAT, tikkostitwixxi provvista unika, tkun komposta minn żewġ elementi jew iktar, konkreti u speċifiċi, li kienu jkunu, li kieku ġew fornuti separatament, suġġetti għal rati differenti ta’ VAT, il-ġbir tal-VAT marbuta ma’ din il-provvista kumplessa ta’ servizzi għandu jsir bir-rati distinti applikabbli għal dawn l-elementi meta l-korrispettiv għall-provvista ta’ servizzi jkun jista’ jitqassam skont proporzjoni korretta tal-imsemmija elementi?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).