7.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Awwissu 2016 – Stadion Amsterdam CV, il-parti l-oħra: Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-463/16)
(2016/C 410/09)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stadion Amsterdam CV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Domanda preliminari
L-Artikolu 12(3)(a) tas-Sitt Direttiva (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li meta provvista ta’ servizzi li, għall-finijiet tal-ġbir tal-VAT, tikkostitwixxi provvista unika, tkun komposta minn żewġ elementi jew iktar, konkreti u speċifiċi, li kienu jkunu, li kieku ġew fornuti separatament, suġġetti għal rati differenti ta’ VAT, il-ġbir tal-VAT marbuta ma’ din il-provvista kumplessa ta’ servizzi għandu jsir bir-rati distinti applikabbli għal dawn l-elementi meta l-korrispettiv għall-provvista ta’ servizzi jkun jista’ jitqassam skont proporzjoni korretta tal-imsemmija elementi?
(1) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).