Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-16 ta’ Settembru 2016 – AZ vs Minister Finansów

(Kawża C-499/16)

(2017/C 022/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

L-appellanti fil-kassazzjoni: AZ

Il-parti l-oħra fil-proċedura ta’ kassazzjoni: Minister Finansów

Domanda preliminari

Distinzjoni fir-rata ta’ taxxa għall-ikel tal-għaġina u għall-kejkijiet, skont l-Artikolu 41(2) flimkien mal-intestatura 32 tal-Anness 3 tal-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-taxxa fuq il-beni u s-servizzi (Ustawa o podatku od towarów i usług, Dz. U. 2011, Nr. 177, intestatura 1054, kif emendata), esklużivament fuq il-bażi tal-kriterju tad-“data minima li jinżamm il-prodott” jew tad-“data ta’ skadenza”, tikser il-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud u l-projbizzjoni ta’ trattament differenti ta’ prodotti fis-sens tal-Artikolu 98(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.