Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

12.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-29 ta’ Settembru 2016 – Carrefour Hypermarchés SAS, Fnac Paris, Fnac Direct, Relais Fnac, Codirep, Fnac Périphérie vs Ministre des finances et des comptes publics

(Kawża C-510/16)

(2016/C 462/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Carrefour Hypermarchés SAS, Fnac Paris, Fnac Direct, Relais Fnac, Codirep, Fnac Périphérie

Konvenut: Ministre des finances et des comptes publics

Domandi preliminari

1)

Fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna iffinanzjata minn riżorsi allokati, meta Stat Membru b’mod regolari nnotifika, qabel l-implementazzjoni tagħhom, bil-modifiki legali li għandhom effett sostanzjali fuq din l-iskema, u b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-mod ta’ finanzjament tagħha, żieda kbira tad-dħul mir-riżorsi fiskali allokati lill-iskema meta mqabbel mal-previżjonijiet ipprovduti lill-Kummissjoni Ewropea, tikkostitwixxi modifika sostanzjali fis-sens tal-Artikolu 88(3) TKE, li sar l-Artikolu 108 TFUE, ta’ natura li tiġġustifika notifika ġdida?

2)

F’dan l-istess każ, kif għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (1), iċċitat iktar ’il fuq, li skontu żieda ta’ iktar minn 20 % tal-estimi oriġinali ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti tikkostitwixxi alterazzjoni ta’ din l-iskema ta’ għajnuna, u, b’mod partikolari:

a)

dan kif jingħaqad man-natura preliminari tal-obbligu ta’ notifika ta’ skema ta’ għajnuna stabbilita fl-Artikolu 88(3) TKE, li sar l-Artikolu 108 TFUE?

b)

jekk il-qbiż ta’ dan il-limitu ta’ 20 % tal-estimi oriġinali ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti previst fl-Artikolu 4, iċċitat iktar ’il fuq, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 jiġġustifika notifika ġdida, dan il-limitu għandu jiġi evalwat b’rabta mal-ammont tad-dħul allokat lill-iskema ta’ għajnuna jew b’rabta mal-ispejjeż effettivament allokati lill-benefiċjarji, bl-esklużjoni tas-somom imqiegħda f’riżerva jew ta’ dawk li ġew issuġġettati għal taxxi favur l-Istat?

c)

jekk wieħed jippreżupponi li l-osservanza ta’ dan il-limitu ta’ 20 % għandha tiġi evalwata b’rabta mal-ispejjeż iddedikati għall-iskema ta’ għajnuna, tali evalwazzjoni għandha titwettaq bi tqabbil tal-limitu globali ta’ spiża li jinsab fid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni mal-estimi globali allokati sussegwentement għall-għajnuna kollha mill-organu li jwettaq l-allokazzjonijiet, jew bi tqabbil tal-limiti nnotifikati skont kull waħda mill-kategoriji ta’ għajnuna identifikati f’din id-deċiżjoni mal-linja ta’ estimi korrispondenti ta’ dak l-organu?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 4, p. 3).