23.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fil-20 ta’ Ottubru 2016 – Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky vs BB construct s.r.o.
(Kawża C-534/16)
(2017/C 022/09)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Najvyšší súd Slovenskej republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky
Konvenuta: BB construct s.r.o.
Domandi preliminari
1) |
Sa fejn awtorità nazzjonali tapplika proċedura li permezz tagħha, meta l-amministratur attwali ta’ persuna ġuridika kien jokkupa wkoll il-kariga ta’ rappreżentant legali ta’ persuna ġuridika oħra li ma osservatx l-impenji fiskali tagħha, id-dritt nazzjonali jieħu din is-sitwazzjoni inkunsiderazzjoni sabiex jiġġustifika r-rekwiżit ta’ garanzija fiskali li tista’ tilħaq l-ammont ta’ EUR 500 000, dan jista’ jitqies li huwa konformi mal-għan li l-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ifittex li jilħaq, li huwa l-prevenzjoni tal-frodi fir-rigward tal-VAT? |
2) |
Jista’ jitqies li l-garanzija fiskali inkwistjoni, minħabba li l-ammont massimu tagħha jista’ jilħaq EUR 500 000, kif ġie impost fil-kawża prinċipali, ma tiksirx il-libertà ta’ intrapriża prevista mill-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ma tisforzax indirettament lill-persuna taxxabbli tiddikjara l-insolvenza tagħha, ma hijiex diskriminatorja fid-dawl tal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ma tmurx kontra l-prinċipju ta’ ne bis in idem fil-qasam tal-ġbir tal-VAT u fl-aħħar nett ma tiksirx il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività rrikonoxxut mill-Artikolu 49(1) u (3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1.