Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fil-20 ta’ Ottubru 2016 – Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky vs BB construct s.r.o.

(Kawża C-534/16)

(2017/C 022/09)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

Konvenuta: BB construct s.r.o.

Domandi preliminari

1)

Sa fejn awtorità nazzjonali tapplika proċedura li permezz tagħha, meta l-amministratur attwali ta’ persuna ġuridika kien jokkupa wkoll il-kariga ta’ rappreżentant legali ta’ persuna ġuridika oħra li ma osservatx l-impenji fiskali tagħha, id-dritt nazzjonali jieħu din is-sitwazzjoni inkunsiderazzjoni sabiex jiġġustifika r-rekwiżit ta’ garanzija fiskali li tista’ tilħaq l-ammont ta’ EUR 500 000, dan jista’ jitqies li huwa konformi mal-għan li l-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ifittex li jilħaq, li huwa l-prevenzjoni tal-frodi fir-rigward tal-VAT?

2)

Jista’ jitqies li l-garanzija fiskali inkwistjoni, minħabba li l-ammont massimu tagħha jista’ jilħaq EUR 500 000, kif ġie impost fil-kawża prinċipali, ma tiksirx il-libertà ta’ intrapriża prevista mill-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ma tisforzax indirettament lill-persuna taxxabbli tiddikjara l-insolvenza tagħha, ma hijiex diskriminatorja fid-dawl tal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ma tmurx kontra l-prinċipju ta’ ne bis in idem fil-qasam tal-ġbir tal-VAT u fl-aħħar nett ma tiksirx il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività rrikonoxxut mill-Artikolu 49(1) u (3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.