Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Reggio Calabria (l-Italja) fis-16 ta’ Diċembru 2016 – Fortunata Silvia Fontana vs Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale di Reggio Calabria

(Kawża C-648/16)

(2017/C 086/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Reggio Calabria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fortunata Silvia Fontana

Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale di Reggio Calabria

Domanda preliminari

L-Artikoli 113 u 114 TFUE kif ukoll id-Direttiva 112/2006/KE (1) jostakolaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali Taljana kkostitwita mill-Artikoli 62e(3) u 62a tad-Digriet Leġiżlattiv 331/1993 [konvertit f’liġi] Nru 427, tad-29 ta’ Ottubru 1993, sa fejn din tippermetti l-applikazzjoni tal-VAT għal fatturat globali, stabbilit bl-induzzjoni, fid-dawl tal-osservanza tal-obbligi ta’ tnaqqis u ta’ riperkussjoni u, b’mod ġenerali, tal-prinċipju ta’ newtralità u ta’ trasferiment tat-taxxa?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).