Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fid-19 ta’ Jannar 2017 – NN A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-28/17)

(2017/C 121/18)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NN A/S

Konvenut: Skatteministeriet

Domandi preliminari

1)

Liema fatturi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, il-kumpanniji residenti humiex suġġetti għal “kundizzjoni ekwivalenti”, fis-sens tas-sentenza Philips Electronics UK (1) (punt 20), fil-qasam tat-tpaċija tat-telf, għal dik applikabbli għall-fergħat ta’ kumpanniji mhux residenti?

2)

Fil-każ li jiġi kkonstatat li l-liġi Daniża dwar it-taxxa ma tinkludix differenza fit-trattament bħal dik li kienet inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza Philips Electronics UK, projbizzjoni li ssir tpaċija bħal dik deskritta iktar ’il fuq – f’każ fejn il-profitti ta’ stabbiliment permanenti ta’ kumpannija mhux residenti huma suġġetti għas-setgħa ta’ tassazzjoni tal-Istat ospitanti – tikkostitwixxi fiha nnifisha restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment skont l-Artikolu 49 TFUE li teħtieġ li tiġi ġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, tali restrizzjoni tista’ tiġi ġġustifikata mill-kunsiderazzjoni ta’ prevenzjoni tat-tnaqqis doppju ta’ telf jew mill-għan li jiġi żgurat tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri jew saħansitra minn kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ ġustifikazzjonijiet?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, tali restrizzjoni hija proporzjonata?


(1)  Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2012, Philips Electronics UK (C-18/11, EU:C:2012:532).