8.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 144/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fit-8 ta’ Frar 2017 – Gamesa Wind România SRL vs Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
(Kawża C-69/17)
(2017/C 144/35)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucuresti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gamesa Wind România SRL
Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
Domandi preliminari
1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) (b’mod partikolari l-Artikoli 213, 214 u 273) tipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk tat-tilwima fil-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni nazzjonali jew prassi fil-qasam fiskali li tgħid li persuna taxxabbli ma għandhiex tibbenefika mid-dritt għal tnaqqis tal-VAT eżerċitat permezz ta’ diversi dikjarazzjonijiet tal-VAT wara l-attivazzjoni mill-ġdid tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tagħha, minħabba li l-VAT inkwistjoni tikkorrispondi ma’ akkwisti mwettqa fil-perijodu li matulu n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tagħha ma kienx attiv? |
2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (b’mod partikolari l-Artikoli 213, 214 u 273) tipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk tat-tilwima fil-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni nazzjonali jew prassi fil-qasam fiskali li tgħid li persuna taxxabbli ma għandhiex tibbenefika mid-dritt għal tnaqqis tal-VAT eżerċitat permezz ta’ diversi dikjarazzjonijiet tal-VAT wara l-attivazzjoni mill-ġdid tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tagħha, minħabba li, anki jekk il-VAT inkwistjoni hija relatata ma’ fatturi maħruġa wara l-attivazzjoni mill-ġdid tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tagħha, din tikkonċerna akkwisti mwettqa fil-perijodu li matulu n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ma kienx attiv? |
(1) ĠU 2006 L 347, p. 1.