Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fit-8 ta’ Frar 2017 – Gamesa Wind România SRL vs Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

(Kawża C-69/17)

(2017/C 144/35)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucuresti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gamesa Wind România SRL

Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) (b’mod partikolari l-Artikoli 213, 214 u 273) tipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk tat-tilwima fil-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni nazzjonali jew prassi fil-qasam fiskali li tgħid li persuna taxxabbli ma għandhiex tibbenefika mid-dritt għal tnaqqis tal-VAT eżerċitat permezz ta’ diversi dikjarazzjonijiet tal-VAT wara l-attivazzjoni mill-ġdid tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tagħha, minħabba li l-VAT inkwistjoni tikkorrispondi ma’ akkwisti mwettqa fil-perijodu li matulu n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tagħha ma kienx attiv?

2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (b’mod partikolari l-Artikoli 213, 214 u 273) tipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk tat-tilwima fil-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni nazzjonali jew prassi fil-qasam fiskali li tgħid li persuna taxxabbli ma għandhiex tibbenefika mid-dritt għal tnaqqis tal-VAT eżerċitat permezz ta’ diversi dikjarazzjonijiet tal-VAT wara l-attivazzjoni mill-ġdid tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tagħha, minħabba li, anki jekk il-VAT inkwistjoni hija relatata ma’ fatturi maħruġa wara l-attivazzjoni mill-ġdid tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tagħha, din tikkonċerna akkwisti mwettqa fil-perijodu li matulu n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ma kienx attiv?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1.