Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

28.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 283/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Münster (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Mejju 2017 – Harry Mensing vs Finanzamt Hamm

(Kawża C-264/17)

(2017/C 283/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Münster

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Harry Mensing

Konvenut: Finanzamt Hamm

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 316(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li n-negozjanti taxxabbli jistgħu japplikaw l-iskema ta’ marġni benefiċjarju wkoll għall-provvista intra-Komunitarja ta’ xogħlijiet tal-arti li jiġu pprovduti lilhom mill-awturi tagħhom jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu li ma humiex persuni koperti mill-Artikolu 314 tad-Direttiva tal-VAT?

2)

F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda: L-Artikolu 322(b) tad-Direttiva tal-VAT jimponi li jiġi rrifjutat lin-negozjant id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa li tirriżulta mill-akkwist intra-Komunitarju tax-xogħlijiet tal-arti, u dan anki meta ma teżistix dispożizzjoni nazzjonali li tinkludi regola korrispondenti?


(1)  ĠU L 347, p. 1.