7.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 256/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fit-22 ta’ Mejju 2017 – MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia S.A. vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-295/17)
(2017/C 256/10)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia S.A.
Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 2(1)(c), 64(1), 66(a) u 73, kollha tad-Direttiva 2006/112/KE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-VAT hija dovuta minn operatur tat-telekomunikazzjonijiet (televiżjoni, internet, netwerk mobbli u netwerk fiss) fir-rigward tal-ħlas mitlub lill-klijenti tiegħu, fil-każ li jiġi tterminat kuntratt li jorbot għal perijodu ta’ żmien determinat (perijodu ta’ fedeltà), għal raġuni attribwibbli lill-klijent, qabel ma jiskadi l-imsemmi perijodu ta’ żmien, ta’ ammont stabbilit bil-quddiem, ekwivalenti għall-valur tal-ħlas bażiku ta’ kull xahar dovut mill-klijent skont il-kuntratt, immultiplikat bin-numru ta’ ħlasijiet ta’ kull xahar li jkun għad fadal sa tmiem il-perijodu ta’ fedeltà, fejn meta l-imsemmi ammont jiġi ffatturat u indipendentement mill-ħlas effettiv tiegħu, l-operatur diġà jkun waqqaf il-provvista ta’ servizzi, meta:
|
2) |
In-nuqqas ta’ verifika ta’ ebda waħda, jew ta’ wħud, mill-punti tal-ewwel domanda, jista’ jbiddel ir-risposta tal-istess domanda? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).