Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ġunju 2017 – Finanzamt B vs A-Brauerei

(Kawża C-374/17)

(2017/C 309/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Konvenut fil-kawża prinċipali u appellant fl-appell għal reviżjoni: Finanzamt B

Rikorrenti fil-kawża prinċipali u appellata fl-appell għal reviżjoni: A-Brauerei

Domanda preliminari

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm għajnuna pprojbita minn din id-dispożizzjoni meta, konformement mal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, it-taxxa fuq akkwist immobiljari ma hijiex imposta fil-każ ta’ akkwist taxxabbli li jsegwi trasformazzjoni (amalgamazzjoni), jekk ċerti entitajiet tal-liġi (impriża dominanti u kumpannija dipendenti) jipparteċipaw fl-operazzjoni ta’ trasformazzjoni u jekk l-impriża dominanti jkollha 100 % mis-sehem fil-kumpannija dipendenti matul il-ħames snin li jippreċedu l-operazzjoni legali u l-ħames snin li jsegwu din l-operazzjoni?