Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-13 ta’ Lulju 2017 – Szef Krajowej Administracji Skarbowej vs Skarpa Travel sp. z o.o. w Krakowie

(Kawża C-422/17)

(2017/C 357/04)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Szef Krajowej Administracji Skarbowej

Konvenuta: Skarpa Travel sp. z o.o. w Krakowie

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-taxxa dovuta fuq il-ħlasijiet akkont irċevuti minn persuna taxxabbli li tipprovdi servizzi turistiċi, li huma intaxxati fil-kuntest tal-iskema speċjali prevista għall-aġenti tal-ivvjaġġar fl-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva 2006/112/KE, tiġi imposta fil-mument iddefinit fl-Artikolu 65 tal-imsemmija direttiva?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 65 tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li għall-finijiet tat-tassazzjoni, il-ħlas akkont irċevut mill-persuna taxxabbli li tipprovdi servizzi turistiċi u li hija intaxxata skont l-iskema speċjali prevista għall-aġenti tal-ivvjaġġar fl-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva 2006/112/KE, jitnaqqas bl-ispiża msemmija fl-Artikolu 308 tal-imsemmija direttiva, effettivament sostnuta mill-persuna taxxabbli sal-mument meta tirċievi l-ħlas akkont?


(1)  ĠU L 347, p. 1.