18.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill–Audiencia Nacional (Spanja) fil–25 ta’ Settembru 2017 – Nestrade S.A. vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT) u Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)
(Kawża C-562/17)
(2017/C 437/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Nacional
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nestrade S.A.
Konvenuti: Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT) u Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)
Domandi preliminari
1) |
Il-ġurisprudenza Petroma Transport et (Kawża C-271/12) (1) tista’ tiġi interpretata fis-sens li tippermetti r-rimbors ta’ somom VAT mitluba minn impriża mhux stabbilita fl-Unjoni, minkejja l-adozzjoni minn qabel mill-awtorità fiskali nazzjonali ta’ deċiżjoni li tiċħad l-imsemmi rimbors minħabba l-fatt li l-impriża ma tkunx wieġbet talba għal informazzjoni dwar in-numru ta’ identifikazzjoni fiskali tagħha, fid-dawl tal-fatt li l-amministrazzjoni fiskali f’dan il-mument kellha fil-pussess tagħha l-imsemmija informazzjoni li kienet ġiet ipprovduta lilha mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ talbiet oħra? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda: L-applikazzjoni retroattiva tal-ġurisprudenza Senatex (Kawża C-518/14) (2), tista’ titqies li tirrikjedi l-annullament ta’ att amministrattiv li jiċħad ir-rimbors tal-VAT imsemmija, fid-dawl tal-fatt li l-imsemmi att kien sempliċement jikkonferma deċiżjoni amministrattiva preċedenti definittiva li tiċħad ir-rimbors tal-imsemmija somom ta’ VAT, li kienet ġiet adottata mill-AEAT skont proċedura differenti minn dik prevista mil-liġi relatata mal-każ inkwistjoni u li, barra minn hekk, kienet tillimita d-drittijiet tal-parti li ressqet it-talba għal rimbors, bi ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha? |
(1) Sentenza tat-8 ta’ Mejju 2013, Petroma Transports et (C-271/12, EU:C:2013:297)
(2) Sentenza tal-15 ta’ Settembru 2016, Senatex (C-518/14, EU:C:2016:691)