12.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-11 ta’ Diċembru 2017 – Paulo Nascimento Consulting – Mediação Imobiliária Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-692/17)
(2018/C 094/10)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Paulo Nascimento Consulting – Mediação Imobiliária Lda
Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira
Domanda preliminari
It-trasferiment, taħt titolu oneruż, minn persuna suġġetta għall-VAT lil terza persuna, tal-pożizzjoni proċesswali li għandha f’azzjoni eżekuttiva għall-irkupru ta’ kreditu rrikonoxxut minn deċiżjoni ġudizzjarja bħala li jirriżulta mill-ksur ta’ kuntratt ta’ aġenzija ta’ proprjetà immobbli, flimkien mal-VAT bir-rata fis-seħħ fid-data tal-ħlas flimkien mal-interessi moratorji dovuti jew li jistgħu jsiru dovuti sa ma jsir il-ħlas komplet, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “għoti”, “negozjar” jew “immaniġġjar” għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva dwar il-VAT? (1)
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).