Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go
201806080461931632018/C 221/03752018CJC22120180625MT01MTINFO_JUDICIAL201802062322

Kawża C-75/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-6 ta’ Frar 2018 – Vodafone Magyarország Mobil Távközlési Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága


C2212018MT220120180206MT00032232

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-6 ta’ Frar 2018 – Vodafone Magyarország Mobil Távközlési Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-75/18)

2018/C 221/03Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vodafone Magyarország Mobil Távközlési Zrt.

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 49, 54, 107 u 108 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu miżura nazzjonali li fil-kuntest tagħha l-leġiżlazzjoni nazzjonali (il-Liġi dwar l-Issuġġettar għat-Taxxa Speċjali fuq it-Telekomunikazzjonijiet) għandha bħala effett li l-piż fiskali effettiv jaqa’ fuq persuni taxxabbli miżmuma minn kapital barrani u dan l-effett huwa direttament diskriminatorju?

2)

L-Artikoli 107 u 108 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu ta’ ħlas ta’ taxxa b’rata progressiva imposta fuq id-dħul mill-bejgħ, u dan l-obbligu huwa indirettament diskriminatorju, meta jkollu bħala effett li l-piż fiskali effettiv, għall-ogħla kategoriji fiskali, jaqa’ fuq persuni taxxabbli miżmuma minn kapital barrani, u din il-miżura għandha tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat ipprojbita?

3)

L-Artikolu 401 tad-Direttiva tal-VAT ( 1 ) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lok għal distinzjoni bejn persuni taxxabbli barranin u persuni taxxabbli nazzjonali, u t-taxxa speċjali għandha tiġi kklassifikata bħala taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ, jiġifieri għandha tiġi kklassifikata bħala taxxa kompatibbli mad-Direttiva VAT, jew hija inkompatibbli mal-imsemmija direttiva?


( 1 ) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)