Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif de Montreuil (Franza) fl-20 ta’ Frar 2018 – Sea Chefs Cruise Services GmbH vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-133/18)

(2018/C 166/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Montreuil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sea Chefs Cruise Services GmbH

Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li joħolqu regola ta’ dekadenza li timplika li persuna taxxabbli ta’ Stat Membru li titlob rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud mingħand Stat Membru li fih ma tkunx stabbilixxiet ruħha ma tistax tirregolarizza t-talba tagħha għal rimbors quddiem qorti tat-taxxa jekk ma tkunx osservat it-terminu ta’ risposta għal talba għal informazzjoni fformulata mill-amministrazzjoni konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(1) jew, bil-kuntrarju, fis-sens li din il-persuna taxxabbli tkun tista’, fil-kuntest tad-dritt għal appell previst fl-Artikolu 23 tad-direttiva u fid-dawl tal-prinċipji ta’ newtralità u ta’ proporzjonalità tat-taxxa fuq il-valur miżjud, tirregolarizza t-talba tagħha quddiem il-qorti tat-taxxa?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU L 44, p. 23).