Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go
201807060211994402018/C 259/272142018CJC25920180723MT01MTINFO_JUDICIAL20180326191911

Kawża C-214/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Sopocie (il-Polonja) fis-26 ta’ Marzu 2018 – H.W.


C2592018MT1910120180326MT0027191191

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Sopocie (il-Polonja) fis-26 ta’ Marzu 2018 – H.W.

(Kawża C-214/18)

2018/C 259/27Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Sopocie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: H.W.

Konvenuti: PSM “K” w G., Komornik Sądowy przy Sądzie Rejonowym w Sopocie Aleksandra Treder

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud, kif prevista mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ( 1 ) u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 1 u 2(1)(a) u (ċ) tagħha u tal-Artikolu 73 tagħha moqri flimkien mal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78 tal-imsemmija direttiva, kif ukoll fid-dawl tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ newtralità tal-VAT, jista’ jitqies li huwa legali, meta tittieħed inkunsiderazzjoni l-formulazzjoni tal-Artikolu 29a(1) u tal-Artikolu 29a(6)(1) tal-ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług (il-Liġi Pollakka tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-Taxxa fuq il-Prodotti u s-Servizzi, Dz. U. tal-2017, Nru 1221, kif emendata, verżjoni kkonsolidata, iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-VAT”), moqrija flimkien mal-Artikolu 49(1), mal-Artikolu 35 u mal-Artikolu 63(4) tal-ustawa z dnia 29 sierpnia 1997 r. o komornikach sądowych i egzekucji (il-Liġi Pollakka tad-29 ta’ Awwissu 1997 dwar l-Marixxalli tal-Qorti u l-Eżekuzzjoni, Dz. U. tal-2017, Nru 1277, kif emendata, verżjoni kkonsolidata, iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar l-Marixxalli”), li l-ammont tat-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (jiġifieri l-VAT) jiġi inkluż mar-remunerazzjoni li jirċievu l-marixxalli tal-qorti?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għal din id-domanda:

2)

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, huwa legali li jitqies li l-marixxall, bħala persuna suġġetta għall-VAT, fil-kuntest tal-atti ta’ eżekuzzjoni li huwa jwettaq, għandu l-istrumenti legali kollha sabiex jissodisfa debitament obbligu fiskali li jipprevedi li r-remunerazzjoni li huwa jirċievi skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar l-Marixxalli għandha tinkludi l-ammont tat-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (jiġifieri l-VAT)?


( 1 ) ĠU 2006, L 347, p. 1.