Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-28 ta’ Marzu 2018 – Vega International Car Transport and Logistic – Trading GmbH

(Kawża C-235/18)

(2018/C 231/17)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Vega International Car Transport and Logistic – Trading GmbH

Parti oħra fil-proċedura: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie (attwalment id-Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie)

Domanda preliminari

Il-kunċett imsemmi fl-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jinkludi l-attivitajiet ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kards tal-karburant kif ukoll dawk ta’ negozjar, ta’ finanzjament u ta’ ħlas għall-akkwist tal-karburant permezz ta’ dawn il-kards, jew inkella dawn l-attivitajiet kumplessi jistgħu jitqiesu bħala tranżazzjonijiet f’katina li bħala għan prinċipali għandhom il-kunsinna ta’ karburant?


(1)  ĠU 2006, L 347,p. 1.