Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

23.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 259/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-24 ta’ April 2018 – Manuel Jorge Sequeira Mesquita vs Fazenda Pública

(Kawża C-278/18)

(2018/C 259/32)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Manuel Jorge Sequeira Mesquita

Konvenut: Fazenda Pública

Domanda preliminari

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu135 (1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar l-eżenzjoni fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli, jista’ jiġi interpretat fis-sens li din l-eżenzjoni tinkludi kuntratt ta’ trasferiment ta’ operat agrikolu ta’ proprjetajiet rustiċi għad-dwieli, lil kumpannija li l-għan tagħha hija l-attività ta’ operat agrikolu, liema kuntratt ġie konkluż b’terminu ta’ sena u li jiġġedded b’mod awtomatiku kull sena għall-istess perijodu u fejn il-qbiela rispettiva għandha titħallas fi tmiem kull sena?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).