Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

10.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof ’s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Ġunju 2018 – IO vs Inspecteur van de rijksbelastingdienst

(Kawża C-420/18)

(2018/C 319/16)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof ’s-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IO

Konvenut: Inspecteur van de rijksbelastingdienst

Domanda preliminari

Membru tal-bord ta’ sorveljanza ta’ fondazzjoni li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tar-remunerazzjoni, jinsab f’pożizzjoni ta’ subordinazzjoni għall-imsemmi bord ta’ sorveljanza iżda li, fir-rigward tal-kumplament, ma jinsabx f’tali pożizzjoni għall-bord ta’ sorveljanza jew għall-fondazzjoni, jeżerċita l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu b’mod indipendenti fis-sens tal-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.