Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

11.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-7 ta’ Diċembru 2018 – Caisse d’assurance retraite et de la santé au travail d’Alsace-Moselle vs SJ, Ministre chargé de la Sécurité sociale

(Kawża C-769/18)

(2019/C 54/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Caisse d’assurance retraite et de la santé au travail d’Alsace-Moselle

Konvenut: SJ, Ministre chargé de la Sécurité sociale

Domandi preliminari

1)

L-għajnuna għat-tħaffif tal-piżijiet tad-diżabbiltà prevista fl-Artikolu 35a tat-Tmien Ktieb tas-Sozialgesetzbuch (il-Kodiċi Soċjali Ġermaniż) taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni sostantiv tar-Regolament Nru 883/2004 (1)?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva, l-allowance tal-edukazzjoni għal wild b’diżabbiltà, is-suppliment tagħha jew, fin-nuqqas tagħha, il-benefiċċju tal-kumpens għal diżabbiltà, minn naħa, u l-għajnuna għall-integrazzjoni tat-tfal u tal-adolexxenti b’diżabbiltà prevista fl-Artikolu 35a tat-Tmien Ktieb tas-Sozialgesetzbuch (il-Kodiċi Soċjali Ġermaniż), min-naħa l-oħra, huma ta’ natura ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 5(a) tar-Regolament Nru 883/2004, meħud inkunsiderazzjoni l-għan tal-Artikolu L. 351-4-1 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali Franċiż intiż għat-teħid inkunsiderazzjoni tal-piżijiet inerenti għall-edukazzjoni ta’ wild b’diżabbiltà għad-determinazzjoni tat-tul tal-assigurazzjoni li jagħti dritt għal-pensjoni tal-irtirar.


(1)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).