Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

27.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fis-6 ta’ Frar 2019 — San Domenico Vetraria SpA vs Agenzia delle Entrate

(Kawża C-94/19)

(2019/C 182/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: San Domenico Vetraria SpA

Konvenuta: Agenzia delle Entrate

Domanda preliminari

L-Artikoli 2 u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 (1), kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha ma jitqiesux rilevanti għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud self u ssekondar ta’ persunal tal-kumpannija omm li fir-rigward tagħhom jitħallas biss ir-rimbors tal-ispejjeż relattivi min naħa tas-sussidjarja.


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23),