Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

27.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Mejju 2019 – Finanzamt München Abteilung III vs Dubrovin & Tröger GbR - Aquatics

(Kawża C-373/19)

(2020/C 27/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanzamt München Abteilung III

Konvenuta: Dubrovin & Tröger GbR - Aquatics

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ edukazzjoni skolastika u universitarja fis-sens tal-Artikolu 132(1)(i) u (j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jinkludi wkoll il-provvista ta’ lezzjonijiet tal-għawm?

2)

Ir-rikonoxximent ta’ organu fis-sens tal-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva 2006/112 bħala organu li għandu għan komparabbli ma’ dawk ta’ organi rregolati mid-dritt pubbliku li huma responsabbli mill-edukazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ, edukazzjoni skolastika u universtiarja, taħriġ vokazzjonali jew taħriġ mill-ġdid, jista’ jirriżulta mill-fatt li t-tagħlim ipprovdut minn dan l-organu huwa l-ksib ta’ kompetenza bażika elementari (f’dan il-każ l-għawm)?

3)

Jekk ir-risposta li tingħata għat-tieni domanda hija fin-negattiv, l-eżenzjoni mit-taxxa taħt l-Artikolu 132(1)(j) tad-Direttiva 2006/112 teħtieġ li l-persuna taxxabbli jkun imprenditur individwali?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.