Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

14.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 348/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Ġunju 2019 – WEG Tevesstraße vs Finanzamt Villingen-Schwenningen

(Kawża C-449/19)

(2019/C 348/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: WEG Tevesstraße

Konvenut: Finanzamt Villingen-Schwenningen

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha l-kunsinna ta’ sħana minn assoċjazzjonijiet ta’ proprjetarji ta’ kondominji lill-proprjetajri tal-appartamenti hija eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.