23.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-27 ta’ Settembru 2019 – Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co. KG Magyarországi Fióktelepe vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
(Kawża C-717/19)
(2020/C 95/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co. KG Magyarországi Fióktelepe
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik applikabbli fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha impriża farmaċewtika li, abbażi ta’ ftehim li l-konklużjoni tiegħu hija fakultattiva, tħallas lill-assigurazzjoni għall-mard tal-Istat parti mid-dħul mill-bejgħ li hija tiġġenera mill-bejgħ tagħha ta’ prodotti farmaċewtiċi u, għaldaqstant, ma tirċevix il-korrispettiv sħiħ għal dawn il-prodotti, ma għandhiex dritt għal tnaqqis a posteriori tal-valur taxxabbli biss għar-raġuni li dawn il-ħlasijiet ma jitwettqux skont modalitajiet stabbiliti minn qabel minn din l-impriża fil-kuntest tal-politika kummerċjali tagħha u ma għandhomx l-għan prinċipali li jippromwovu l-bejgħ? |
2) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fil-pożittiv, l-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik applikabbli fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta t-tnaqqis a posteriori tal-valur taxxabbli għall-kundizzjoni li l-persuna taxxabbli li għandha dritt għar-rimbors ikollha fattura maħruġa f’isimha li tistabbilixxi t-twettiq tat-tranżazzjoni li tagħti d-dritt għar-rimbors, minkejja li jeżistu dokumenti oħra li jikkonfermaw b’mod xieraq it-twettiq tat-tranżazzjoni li tippermetti tnaqqis a posteriori tal-valur taxxabbli u din tkun verifikabbli a posteriori, tkun parzjalment ibbażata fuq data pubblika u uffiċjali, u tkun tippermetti li jiġi żgurat il-ġbir eżatt tat-taxxa? |
(1) ĠU 2006, L 346, p. 1.