18.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-13 ta’ Ottubru 2020 – Autoridade Tributária e Aduaneira vs Termas Sulfurosas de Alcafache SA
(Kawża C-513/20)
(2021/C 19/22)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Autoridade Tributária e Aduaneira
Konvenuta: Termas Sulfurosas de Alcafache SA
Domanda preliminari
Il-pagamenti mwettqa bħala korrispettiv għas-servizz ta’ ftuħ tal-fajl individwali ta’ kull utent, inkluż il-fajl kliniku li jagħti dritt għax-xiri ta’ trattamenti ta’ “termaliżmu klassiku” jistgħu […] jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “attivitajiet relatati mill-viċin” imsemmi fl-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva dwar il-VAT (1), u għalhekk għandhom jitqiesu li huma eżenti mill-VAT?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1 u r-rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).