5.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-20 ta’ April 2021 – Luxury Trust Automobil GmbH
(Kawża C-247/21)
(2021/C 263/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Luxury Trust Automobil GmbH
Konvenuti: Finanzamt Österreich, Dienststelle Baden Mödling
Domandi preliminari
1. |
L-Artikolu 42(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) flimkien mal-Artikolu 197(1)(c) ta’ din id-direttiva (fil-verżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tar-regoli dwar il-fatturazzjoni (2)), għandu jiġi interpetat fis-sens li jitqies li jkun hemm indikazzjoni tad-destinatarju tal-kunsinna bħala l-persuna taxxabbli meta l-fattura, li ma tindika ebda ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud, tirreferi għal “tranżazzjoni triangolari intraKomunitarja eżentata”? |
2. |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:
|
3. |
L-Artikolu 219a tad-Direttiva 2006/112 (fil-verżjoni tad-Direttiva 2010/45 u tar-rettifika [tal-verżjoni Ġermaniża] (3)) għandu jiġi interpretat fis-sens li għandhom jiġu applikati r-regoli dwar il-fatturazzjoni tal-Istat Membru li r-regoli tiegħu jkunu applikabbli jekk “akkwirent” ma jkunx (għadu) ġie indikat fuq il-fattura bħala l-persuna taxxabbli jew għandhom jiġu applikati r-regoli tal-Istat Membru li jkunu applikabbli jekk l-indikazzjoni ta’ “akkwirent” bħala l-persuna taxxabbli titqies li hija valida? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
(2) ĠU 2010, L 189, p. 1.
(3) Rettifika tad-Direttiva 2010/45/UE dwar emenda tad-Direttiva 2006/112 (ĠU 2010, L 299, p. 46).